Tibda r-regola l-ġdida tar-Ryanair dwar il-basktijiet

Din il-ġimgħa daħlet fis-seħħ ir-regola l-ġdida tar-Ryanair fejn se jitħallew itellgħu żewġ basktijiet fuq l-ajruplan, il-passiġġieri li jixtru biljett Priority Boarding biss.
Il-passiġġieri l-oħra kollha se jkollom iħallu l-handluggage fiċ-check-in mal-bagalji l-oħra. B’hekk, jekk ma tixtrix biljett Priority Boarding tista’ ttella’ miegħek biss handbag jew basket żgħir. 
Fi stqarrija,il-kumpanija qalet li ġew iddisinjati boarding passes ġodda biex juru b’mod ċar jekk il-passiġġier għandux biljett Priority Boarding. Ġew installati wkoll sinjali ġodda fl-ajruporti kollha li minnhom jopera r-Ryanair biex wieħed ma jinsiex iħalli l-bagalja fiċ-check-in.
Il-biljett Priority Boarding jista’ jinxtara sa 30 minuta qabel il-ħin tat-tluq skedat tat-titjira fuq l-app tar-Ryanair, għall-prezz li jibda minn €5 kull persuna, għal kull titjira. 
Minn Settembru li għadda, Ryanair kienet diġà ħabbret xi tibdiliet fis-sistema tal-bagalji, fosthom tnaqqis fil-ħlas tal-bagalja l-kbira (minn €35 għal €25) u żieda fil-piż tal-bagalji minn 15kg għal 20kg.