Tibda l-votazzjoni wara t-tnedija tal-kalendarju ta’ Campari għall-2016

Dan l-aħħar, il-marka Campari żvelat l-għażla sħiħa tar-ritratti għall-kalendarju ikoniku tagħha għall-2016 fil-belt ta’ New York, bl-isem ‘The BitterSweet Campaign’, Ii fihom tidher l-attriċi u l-intraprenditriċi Amerikana grazzjuża u simpatika Kate Hudson.
Din il-mara bjonda u attraenti hi l-protagonista tal-kalendarju ta’ Campari ta’ din is-sena, is-17-il edizzjoni tiegħu. Hudson qed tiddebutta r-rwoli ta’ żewġ kandidati f’daqqa biex tirrappreżenta ż-żewġ togħmiet interessanti u versatili ta’ Campari li huma l-qofol tat-tema tal-kalendarju: il-ħelu u l-morr.
Il-kalendarju tal-2016 jiffoka fuq l-eċitament tal-elezzjonijiet u qed jitlob lill-pubbliku biex jesprimi l-opinjoni tiegħu fuq il-mezzi soċjali billi jivvota u jagħżel liema aspett ta’ dan l-aperittiv klassiku jidentifika aktar ruħu miegħu: it-togħma Morra vs it-togħma Ħelwa.
Fil-kummenti li tat fuq il-kalendarju ta’ Campari għall-2016, Kate Hudson qalet, “Għalija dan il-proġett kien ifisser aktar minn sempliċi produzzjoni ta’ kalendarju tajjeb. Kien proċess kreattiv li jirrakkonta storja tajba. Din kienet kampanja affaxxinanti li tatni sfida biex noħroġ żewġ aspetti differenti biex nassigura li l-istampi juru l-istorja b’mod kreattiv u sabiħ – u rnexxielna noħolqu dan perfettament”.
Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ dan il-kalendarju, il-konsumaturi huma fiċ-ċentru tal-kampanja. Il-pubbliku qed jintalab jagħti l-opinjoni tiegħu u jiddeċiedi billi jara ż-żewġ ‘partiti’ involuti – il-morr u l-ħelu. Dan jista’ jagħmlu billi jsegwi l-kampanja fuq il-mezzi soċjali ta’ Campari u matulha se jkun qed jittella’ kontenut esklużiv. Il-hash tags #gobitter u #gosweet se jkunu qed juru wkoll kif ikun sejjer kull partit f’din il-kampanja. Inħolqot ukoll pjattaforma elettronika li biha l-konsumaturi jkunu jistgħu jżommu ruħhom aġġornati mal-kontentut li jittella’, jaraw il-progress ta’ kull partit, jagħmlu t-test tal-BitterSweet biex jaraw lejn liema naħa huma l-aktar inklinati u, fuq kollox, jiddeċiedu u jivvutaw!
Il-fotografu internazzjonali tal-moda Michelangelo Di Battista, b’karriera ta’ aktar minn 20 sena, joħroġ dawn iż-żewġ dinjiet fir-ritratti tal-kalendarju.
Kull sena jiġu stampati biss 9,999 kopja tal-kalendarju ta’ Campari. Il-kopji ma jinbigħux imma jitqassmu madwar id-dinja lill-ħbieb ta’ Campari.