Tibda l-maratona Oħloq Tbissima

Read in English.

Illum fil-5pm ngħata bidu għat-18-il edizzjoni tal-maratona Oħloq Tbissima b’risq il-missjoni. Il-Maratona se tibqa’ għaddejja sa nhar il-Ħadd bil-motto ‘Agħti dinjità, itma’ familja’.

F’din it-18-il edizzjoni, il-maratona se ssir fl-istudjows fid-Dar ta’ San Ġużepp, Santa Venera. Barra li mhux se ssir fil-bitħa bħas-soltu, se tkun mifruxa fuq inqas ħin hekk kif ix-xandir se jsir mill-5pm sa nofsillejl tul dawn it-tlett ijiem li ġejjin.

Din is-sena l-istudjow se jkun qed jintrama b’żewġ skrins kbar. Dawn l-iskrins ser jgħinu biex titjieb l-viżwal tax-xandira. Bħas-sena l-oħra wieħed mill-iskrins ser jintuża biex ikun ivviżwalizzat bord b’simboli fejn xulxin. Kull simbolu fuq il-bord jirrappreżenta familja fil-Perù, fil-Pakistan jew fil-Filippini.  Is-sena l-oħra nġabru €345,833.

Wieħed jista’ jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu minn issa billi jċempel fuq dawn n-numri:

51002031 – €20
51902080 – €50

Wieħed jista’ ukoll jibgħat SMS:

50619285 – €11.65

Domenic 18

#Itmafamilja#Ohloqtbissima#cempelL-Esperjenza ta' Domenic Lewis li mar il-Perù.OĦLOQ TBISSIMA il-Ġimgħa 17, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta' Lulju bejn il-17.00 u nofsillejl.Wieħed jista’ jagħmel il-kontribuzzjoni tiegħu min issa billi jċempel fuq: 51002031 għal donazzjoni ta’ €20 jew 51902080 għal donazzjoni ta ' €50 jew SMS fuq 50619285 għal donazzjoni ta' €11.65.

Posted by Oħloq Tbissima on Friday, June 19, 2020

Ser ikunu qed jintlaqgħu donazzjonijiet biex jingħata l-ikel lill-450 familja jew aktar għal 6 xhur fil-pajjiżi msemmijin. 

  • Bi pleġġ ta’ €200 tkun qed titma’ persuna minn dawn l-familji.
  • Bi pleġġ ta’ €500 tkun qed tgħin biex titma’ familja għall-6 xhur.
  • Donazzjonijiet ta’ ammonti oħra jkunu qed jikkontribwixxu ukoll biex dawn l-familji jingħataw l-ikel.

Min jagħti donazzjoni ta €200 jew aktar ser jingħata ritratt ta’ dawn l-familji biex jinżamm bħala tifkira li ‘JIENA TMAJT FAMILJA’.