Tibda l-maratona Oħloq Tbissima

Illum f'nofsinhar ingħatat bidu l-maratona Oħloq Tbissima.
Din hi l-12-il edizzjoni tal-maratona ta’ 60 siegħa. Il-flus miġbura se jmorru kollha għall-missjoni li s-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl għandha fil-Peru’, il-Pakistan u l-Filippini.
Il-maratona li qed issir f’Dar San Ġużepp f’Santa Venera se tintemm nhar il-Ħadd filgħaxija.
Din is-sena, uħud mill-fondi miġbura se jkunu qed imorru għal żewġ proġetti partikolari fil-Filippini.