Filmat: “Dak li jingħad fil-Grupp Parlamentari, jibqa’ fil-Grupp Parlamentari”

Read in English.

Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius qal li dak li jingħad fil-Grupp Parlamentari jibqa’ fil-grupp.

Wara l-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista li saret kmieni llum wara nofsinhar, għadd ta’ ġurnalisti kienu qed jistennew mal-bieb tad-Dar Ċentrali biex jieħdu r-reazzjonijiet tal-membri tal-Grupp Parlamentari tal-PN wara tmiem din il-laqgħa. Madanakollu, l-MPs kienu xotti fit-tweġibiet tagħhom. Id-deputat Beppe Fenech Adami qal li l-grupp kompla jiddiskuti s sitwazzjoni politika.

Il-ġimgħa l-oħra, Newsbook.com.mt kien żvela li l-grupp kien se jiltaqa’ llum fil-preżenza tal-Kap tal-Partit Adrian Delia.

L-istatut tal-PN jgħid li l-Grupp Parlamentari jista’ jiltaqa’ jekk tissejjaħ laqgħa mill-kap tal-partit jew minn membru tal-grupp sakemm terz tal-grupp ikun favur din il-proposta.