Tibda l-konsultazzjoni dwar il-baġit

Bdew il-laqgħat ta’ konsultazzjoni għall-baġit bejn il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u l-imsieħba soċjali.

Matul din l-ewwel laqgħa, li saret fil-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, iċ-Chairman tal-MCESD John Bencini qal li l-laqgħat ta’ dan il-Kunsill se jibdew isiru fi ħdan dan il-Ministeru.

L-imsieħba soċjali ġew ippreżentati bid-dokument ta’ qabel il-baġit, li tnieda fil-jiem li għaddew.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Awditur Ġenerali se jiġi kkummissjonat mill-Gvern biex ifassal rapport li janalizza it-tbassir tal-Gvern għall-baġit.

Il-Ministru qal li l-Gvern qiegħed jaħdem biex ikun jista’ joffri s-servizz taċ-Child Care mingħajr ħlas, kif imwiegħed fil-manifest elettorali.

L-imsieħba soċjali ġew mitluba li jressqu is-suġġerimenti u l-proposti tagħhom biex fejn ikun possibbli dawn jiġu inklużi fil-baġit.