Tibda l-isfida tal-Kilimanjaro

Read in English.

Ilbieraħ, il-31 ta’ Diċembru, 19-il persuna  telqu lejn it-Tanżanija biex jitilgħu t-tieni l-ogħla muntanja fid-dinja.

Din hija t-13-il darba li qed issir din l-isfida, li biha l-flus miġbura jingħatgħu bħala għajnuna lil kommunità fl-Etjopja.

Matul dawn is-snin inġabru ftit inqas minn miljun ewro u l-flus marru għal proġetti ko-ordinati mill-Moviment Missjunarju li kien waqqaf il-mibki Dun Ġorġ Grima. Il-moviment issa qed jitmexxa minn Fr. Alex Cauchi.

Għal din l-isfida ta’ 8 ijiem, it-tim ġabar is-somma ta’ €100,000 u ‘l quddiem se jkunu qed jivvjaġġjaw lejn l-Etjopja biex jinawguraw l-iskola f’Bonga li se tilqa’ 700 tifel u tifla, u li għalihom nġabru l-flus għall-isfida ta’ din is-sena.

L-iskola se tkun dedikata lil Victor Licari.