Ritratti: Michelle Muscat tirbaħ l-isfida

Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru, temmet b'suċċess l-ikbar sfida tagħha tal-għawm.
Għall-ħabta tal-4:30pm, Michelle Muscat waslet fil-Port ta' Marsamxett fejn intlaqgħet mill-Prim Ministru u t-tfal tagħhom.
Hija waslet fid-destinazzjoni tagħha wara sitt sigħat, hekk kif telqet fl-10:30am minn ħdejn it-Torri tal-Għallies fin-Naxxar.
Michelle Muscat għamlet din l-isfida biex jinġabru l-flus għall-Marigold Foundation.
Apparti d-distanza, l-isfida kienet aktar iebsa hekk kif ir-riħ żdied xi ftit matul il-ġurnata.
Permezz tal-fondi li se jinġabru, il-Fondazzjoni Marigold se tkun qed tgħin lill-atleti tal-Ispecial Olympics li qed jippreparaw biex jieħdu sehem fil-Logħob li se jsiru f’Abu Dhabi.

Ritratt: Monica James Calleja, Joe Tanti u Deo Debattista