Tibda l-ikbar operazzjoni ta’ ripatrijazzjoni ta’ Ingliżi fi żmien ta’ paċi hekk kif tfalli l-kumpanija Thomas Cook

L-operatur tal-vjaġġi Thomas Cook iddakkjara falliment hekk kif in-negozjati biex jiġu salvati ma’ kellhomx riżultat possittiv. B’din id-deċiżjoni, eluf ta’ persuni jinsabu milquta.

Il-linji tal-ajru li topera din il-kumpanija waqqfu it-tirjiriet tagħhom b’mod immedjat.

Beda proċess ta’ ripatrijazzjoni minn naħa tal-Gvern Ingliż għal dawk li ġew milquta minn din id-deċiżjoni.

Sadanittant, il-Gvern Ingliż nieda numru tat-telefon biex dawk milquta jkunu jistgħu jagħmlu kuntatt minħabba s-sitwazzjoni. In-numru tat-telefon huwa +44(0)1753 330 330.

Apparti minn hekk il-Gvern Ingliż kkkummissjona numru ta’ titjiriet Charter biex tkun tista’ tibda l-akbar operazzjoni ta’ riptarijazzjoni ta’ Ingliżi fi żmien ta’ paċi.