Tibda l-ħidma ta’ Malta fil-Ġustizzja u l-Intern għall-Presidenza tal-UE

Sitt ministri li flimkien jirrappreżentaw l-oqsma tal-Ġustizzja u l-Intern ta’ Malta, l-Olanda u s-Slovakkja iltaqgħu f'The Hague, fl-Olanda biex flimkien jippreparaw għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea.
Dawn it-tliet pajjiżi se jkollhom il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar tal-2016 sal-aħħar ta' Ġunju tal-2017.
Il-Ministri ddiskutew il-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza, fosthom l-immigrazzjoni u l-ġustizzja. 
Il-Ministri Owen Bonnici u Carmelo Abela sostnew li l-Mediterran għandu jibqa' fuq l-aġenda tal-Unjoni Ewropea.