S’issa jinġabru iktar minn €32,000 b’risq id-Dar tal-Providenza

Ftit tal-ħin ilu bdiet il-Festa ta' Ġenerożita organizzata minn Radju RTK b'risq id-Dar tal-Providenza.
Bħal ma jsir kull sena, fl-ewwel jum tas-sena, din il-maratona qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali.
Id-Dar tal-Providenza, li din is-sena tagħlaq 50 sena, illum tkun miftuħa għall-pubbliku u wieħed jista' jżur l-ispettaklu li jkun għaddej il-ġurnata kollha taħt it-tinda.
Tista' tagħti d-donazzjoni tiegħek billi żżur id-Dar tal-Providenza, l-istudjows tal-RTK fi' Blata l-Bajda jew billi ċċempel fuq: 

516 02 012 għal donazzjoni ta' €10

517 02 013 għal donazzjoni ta' €15

518 02 014 għal donazzjoni ta' €25

SMS ta' €7 fuq 50618922