Tibda l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali tal-pizza f’Malta

Kien  f’Marzu li għadda meta l-Pizzeria Giardino Mediterraneo rebħet l-ewwel premju  f’kompetizzjoni organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-pizzara Taljani.
L-attività, li hemm il-ħsieb li tibda ssir kull sena u li għandha l-appoġġ tal-Awtorità Maltija tat-turiżmu, qed testima li tara s-sehem ta’ iktar minn 120 parteċipant f’seba’ kategoriji differenti.
Il-kategoriji huma  l-Pizza Classica, il-Pizza ‘in Pala’, il-Pizza mingħajr glutina, il-‘Pizzolo’, il-Pizza ‘Veloce’, il-Pizza ‘Grande’ u l-‘Free Style’.
L-attività hi miftuħa wkoll għall-pubbliku mill-11am ‘il quddiem sa nhar l-Erbgħa stess.
Il-premijiet lir-rebbieħa se jitqassmu mill-Ministru tat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis nhar l-Erbgħa filgħaxija.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.