Tibda’ l-Bike Ride b’risq il-MCCF

Dalgħodu qed issir il-Bike Ride organizzata mill-Uffiċċju tal-President.
Ċiklisti u sewwieqa tal-muturi li qed jieħdu sehem intalbu jagħtu donazzjoni ta’ €10 b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca kienet qalet li din il-bike ride se sservi wkoll bħala kampanja edukattiva dwar is-sigurtà taċ-ċiklisti u s-sewwieqa tal-muturi fit-toroq.
Fir-ritratt, sewwieqa tal-muturi dehru jħallu l-Palazz tal-President f’San Anton.
Il-bike ride mistennija tispiċċa fin-12:30pm qrib l-MFCC f’Ta’ Qali. 

Ritratt: Charlene Valentina Giordmaina