​Tibda l-avventura tal-MUSC waqt il-Logħob tal-Universitajiet Ewropej

Il-Malta University Sports Club (MUSC) bħalissa għandu kuntinġent ta’ tmien atleti fit-table tenis li mill-lum bdew l-avventura tagħhom fil-Logħob tal-Universitajiet Ewropej.
Umberto Borg Cardona, Andrew Gambina, Marcus Portelli u Matthew Micallef qed jirrapreżentaw lill-Università ta’ Malta.
James Dawson, Ryan Tabone, Adem Zuoari u James Camilleri qed jirrapreżentaw l-MCAST.
Iż-żewġ timijiet huma akkumpanjati minn erba’ uffiċjali tal-MUSC.
Il-logħob se jkun qed isir f’Rotterdam, fl-Olanda, mil-lum sat-8 ta’ Awwissu, bl-atleti Maltin li jkunu involuti bejn illum u nhar il-Ħadd li ġej.