Tibda l-avventura għal-Birkirkara fiċ-Champions League tan-nisa

Għat-tielet staġun konsekuttiv, Malta se tkun rappreżentata minn Birkirrkara fil-UEFA 2019-20 Women’s Champions League. It-tim li wasal fil-Litwanja nhar it-Tnejn se jkun qed jilgħab kontra Gintra Universitetas mil-Litwanja stess, Vllaznia mill-Albanja u Wexford Youths mill-Irlanda.

Is-sena l-oħra, Birkirkara rnexxielhom jiksbu l-ewwel punt f’din il-komeptizzjoni wara li rnexxielhom iżomm draw ta’ 2-2 lil Cardiff Met. Huma saru t-tieni tim li rnexxielhom jiksbu punt f’din il-kompetizzjoni wara Hibernians li ġabu l-ewwel punt tagħhom lura fl-2016.

Birkirkara se jkunu qed jibdew bl-impenn tagħhom kontra Gintra llum fil-5:00pm. It-tim li telgħu bih Birkirkara, jinkludi l-plejers li ġejjin:

Janice Xuereb, Nina Dimech, Mariah Cardona, Stephania Farrugia, Michela Felice, Kaycee Micallef, Jelena Sakic, Mariah Sciberras, Yasmeen Vella, Samantha Zarb, Simone Buttigieg, Veronique Mifsud, Tracy Teuma, Ann-Marie Said, Alishia Sultana, Gabriella Zahra, Ylenia Carabott, Raina Giusti, Sarah Urpani, Kailey Willis.