Tibda kampanja elettorali fl-Awstralja

Il-partiti politiċi Awstraljani rrankaw il-magni politiċi tagħhom hekk kif il-pajjiż issa daħal f’kampanja elettorali ġdida. Il-bieraħ, il-Prim Ministru preżenti Kevin Rudd ħabbar li l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss se ssir fis-7 ta’ Settembru.

Riċentament il-Gvern Awstraljan ħabbar investiment ta’ 200 dollaru Awstraljan biex jassisti l-industrija tal-karozzi fil-pajjiż.

Skont stħarriġ tal-opinjoni pubblika li qed isir fl-Awstralja, l-Oppożizzjoni Konservattiva mmexxija minn Tony Abbott tinsab fuq quddiem bi 52%. L-ekonomija lokali mistennija tkun l-aktar suġġett jaħraq matul din l-istess kampanja.