Tibda ġimgħa oħra ta’ Ħbieb u Għedewwa

Wara l-ewwel ġimgħa ta’ suċċess ta’ Ħbieb u Għedewwa fuq Melita More, Channel 315, mil-lum ikomplu jixxandru ħames puntati oħra mis-sitt u l-aħħar staġun ta’ din is-sensiela.

Se naraw lil Etienne iħossu rrabjat ħafna għal Winnie għaliex ċemplet lil Carmen. X’se tgħidlu Winnie biex tiddefendi ruħha? X’se jwissiha Etienne?

Frank, John, Elizabeth u Lina jiltaqgħu u jitkellmu dwar Carmen. X’se jgħidu?

Psaila imur ikellem lis-supretendent. Għaliex irid ikellmu waħdu?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Dr Michael Vella Haber u jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm.