Tibda ġimgħa oħra ta’ Ħbieb u Għedewwa

Tibda ġimgħa oħra ta’ episodji mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa li qed tixxandar fuq Melita More, Channel 315, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm.

Se naraw lil John joffri xogħol lil Jamie. Tgħid taċċetta li terġa’ tmur taħdem miegħu wara dak li kien ġara bejniethom?

Brenda u Kristianne imorru d-dar ta’ Karl. Għaliex. X’qalulu lil Karl u se jemminhom?

Manwel Laferla jerġa’ jmur għand Etienne biex jara kif kien baqa’ ma’ Winnie. X’se jgħidlu?

Min qiegħed qed isegwi lil Valentina u għaliex se tirrabja ħafna miegħu?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.