Thunberg tikkritika lil Federer: ara għaliex

It-tennista Żvizzeru tpoġġa taħt pressjoni minħabba li għandu xjaqsam mal-istituzzjoni finanzjarja Credit Suisse. Il-kumpanija għandha rekord ta’ self ta’ flus lill-industrija tal-fossil fuels. Bħalissa Federer għaddej bil-preparamenti għall-Australian Open.

L-istilla tat-tennis Roger Federer ħareġ stqarrija dwar il-kritika li rċieva b’mod speċjali minn Greta Thunbers dwar dan il-każ. Ir-rebbieħ tal-Grand Slam għal 20 darba spiċċa kkritikat bl-aħrax mill-attivista dwar il-klima.

Fl-istqarrija hu qal li japprezza l-fatt li qed ikun imfakkar dwar ir-responsabbiltà li għandu bħala individwu, bħala atleta u bħala imprenditur. Hu qal li hu marbut li juża din il-pożizzjoni privileġġata tiegħu biex jidħol f’diskussjoni dwar il-każ mal-isponsors tiegħu.

Federer kien imħeġġeġ iqum għall-okkażjoni permezz ta’ retweet minn Thunberg il-ġimgħa li għaddiet. Hi inkludiet ukoll il-hashtag #RogerWakeUpNow.