Tħossok lest għax-xitwa?

Ara x’kowtijiet hawn moda din is-sena.
Hekk kif is-sajf issa nistgħu ngħidu li għadda u bdejna naħsbulu għax-xitwa, tajjeb li naraw ftit x’inhu moda din is-sena, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kowtijiet.
Skont vogue.co.uk din is-sena se ssib minn kollox. Simili għall-moda tal-bwiez, se naraw affarijiet strambi kif ukoll dawk li mdorrijin bihom:

  • Kowtijiet bojod
  • Kowtijiet trasparenti
  • Kowtijiet tradizzjonali
  • Kowtijiet tal-guilts
  • Kowtijiet tat-teddy bear
  • Kowtijiet tax-xita
  • Kowtijiet ileqqu
  • Kowtijiet tal-ġilda kkulurita