Filmat: Tħobb iż-żwiemel?

Is-Santwarju taż-Żwiemel ta’ Malta qed jerġa’ joffrilek l-opportunità biex iżżur iż-żwiemel nhar il-Ħadd li ġej meta se jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku.
Il-pubbliku se jkun jista’ jżur is-Santwarju mill- 10.00am sal-4.00pm. Għall-benefiċċju tal-viżitaturi se jkun hemm park-and-ride minn ħdejn id-Dar tal-Providenza.
It-tfal żgur li se jkollhom xalata hekk kif se jkun hemm numru ta’ attrazzjonijiet u attivitajiet għalihom.
Is-Santwarju taż-Żwiemel ta’ Malta joffrilek ukoll iċ-ċans li ‘trabbi’ żiemel, anke jekk ma għandekx post fejn iżżommu. Kull żiemel f’dan is-santwarju għandu l-istorja tiegħu. Kun parti minn din l-istorja u sir af lil dawn l-annimali intelliġenti mill-qrib.
Jekk qed titħajjar, żur il-paġna soċjali fuq Facebook: Malta Horse Sanctuary, jew ċempel fuq dawn in-numri: 99293242 jew 77019974 għal aktar informazzjoni.
Filmat u Ritratti: Ian Noel Pace