Tħobb ir-Rock klassiku?

Se jittela’ għal darboħra l-kunċert Rock the Fort, propju taħt il-forti Sant’ Anġlu l-Birgu. Il-kunċert ta’ mużika klassika Rock se jsir nhar il-Ġimgħa u se jibda fit-8:00pm.
Il-kunċert se jittella’ b’risq il-Marigold Foundation li tgħin bil-bosta lil min hu fil-bżonn fis-soċjetà Maltija.
F’dan il-kunċert se jieħdu sehem numru ta’ bands lokali. Uħud mill-bands huma; Cash&Band, Bernie & Pod, Xarulù u Purple Haze. Se jkunu qed jieħdu sehem ukoll il-kantanti; Lara Dimech u Ivan Filletti.
Il-bands Maltin mistennija jdoqqu repertorju mill-bands famużi mad-dinja, bħal Pink Floyd, Queen, Led Zeppelin, U2 u oħrajn.
Aktar informazzjoni tista’ ssibha fuq il-paġna ta’ Facebook.