Tħobb dik il-qatra inbid?

Bejn il-Ġimgħa 25 u s-Sibt 26 ta’ Awwissu se tkun organizzata t-13-il edizzjoni tal-Qormi Wine Festival.
Bħas-snin li għaddew, l-attività se tkun qed issir ħdejn il-Knisja ta’ San Ġorġ u l-madwar u tibda fis-7:30pm.
Apparti l-inbid, ma jonqsux numru ta’ attrazzjonijiet, kunċerti ta’ mużika, ikel u kompetizzjonijiet.
Fost dawk li se jieħdu sehem fuq il-pank prinċipali, għall-ewwel darba se jkun hemm Karen and Harvey. Dan apparti kantanti oħra fosthom Adreana akkumpanjata mill-band ta’ Vinny Vella.
Is-Sibt se jieħdu sehem il-grupp Xarulu’ u warajhom ikun imiss kunċert ieħor li jibda fid-9pm mill-band ta’ Mark Spiteri Lucas bis-sehem tal-kantanti Kaya, Ivan Spiteri Lucas, Mike Spiteri, Neville Refalo u Chiara. Fiċ-chill-out area se jkunu qed idoqqu it-trio ‘Karma Train’.
Matul dawn il-jumejn se jinfetaħ ukoll shelter tat-tieni gwerra dinjija fejn il-grupp 4Teenth Productions se jippreżenta walkthrough bl-isem ‘Tour tal-Ġenna’ – produzzjoni satirika dwar il-qaddisin li jiċċelebraw diversi rħula madwar Malta.
Marsovin se jkun qed jipprovdi tipi differenti ta’ inbejjed.
Id-dħul għall-attività huwa b'xejn. Wieħed jista' jħallas €16 biex jingħata 20 token u tazza tal-inbid li tista tinżamm bħala souvenir u tista’ tintuża fiż-żewġ serati.
Il-Qormi Wine Festival huwa organizzat mill-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi.