“Thiago ddiżappuntani” – Matthaus

alcantara

L-eks leġġenda ta’ Bayern Munich, Lothar Matthaus, kellu kliem iebes għall-midfielder Spanjol Thiago Alcantara.
F’kummenti li ta lil Sport Bild, Matthaus stqarr li jinsab ferm iddiżappuntat bil-wirjiet ta’ Alcantara fil-logħbiet li kienu l-iżjed kruċjali għall-klabb Ġermaniż.
Hu jemmen li l-wirjiet ta’ dan il-plejer ta’ 27 sena jridu jitjiebu jekk jittama li jkollu parti mill-futur ta’ Bayern Munich.
Alcantara ngħaqad mal-Bavariżi fl-2013 mingħand Barcelona u rnexxilu jirbaħ ħames kampjonati domestiċi u żewġ Tazzi Ġermaniżi.