​Theżżiża tinħass f’diversi lokalitajiet f’Malta

Theżżiżiet li nħassu dalgħodu f’diversi lokalitajiet f’Malta kienu kawża ta’ terremot li seħħ fil-gżira Griega ta’ Lefkada.
It-terremot kellu qawwa ta’ 6.7 fuq l-iskala Richter ġie rreġistrat ukoll mil-Grupp ta' Moniteraġġ u Riċerka Siżmika fi ħdan l-Università ta' Malta.
It-theżżiżiet f'Malta nħassu ftit wara t-8am.