Theuma jibqa’ stabbli fl-ITU

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Pulizija qalet li s-sensar fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma, qiegħed f’kundizzjoni stabbli fl-ITU.

Fi stqarrija l-Pulizija tat aġġornament ta’ żewġ linji dwar Theuma.

“Il-Pulizija tikkonferma li kundizzjoni tas-Sur Melvin Theuma baqgħet stabbli u għadu qiegħed jinżamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei,” qal il-Korp.

Il-Korp tal-Pulizija bagħat stqarrija simili lbieraħ.

Melvin Theuma, li għandu l-proklama biex jixhed fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne
Caruana Galizia, ittieħed l-isptar bi ġrieħi serji tard it-Tlieta filgħaxija. Il-Pulizija qalet li l-ewwel indikazzjonijiet juru li Theuma weġġa’ lilu nnifsu.