Theresa May titlef vot importanti dwar Brexit

Il-Gvern immexxi minn Theresa May tilef vot importanti fil-Parlament Ingliż wara li l-partiti tal-Oppożizzjoni ngħaqdu ma’ deputat tal-Partit ta’ May li rribellaw għall-mod kif iddaħħlet emenda relata ma’ Brexit.
Il-Parlament Ingliż illum ivvota kontra li jagħti garanzija legali biex il-Gvern immexxi minn Theresa May ikun jista’ jmexxi l-ftehim finali ta’ Brexit ma’ Brussell.
Dan huwa l-ewwel vot ta’ sfiduċja dwar Brexit li qed taffaċċja l-Prim Ministru Ingliż Theresa May.
Waħda minn dawn id-deputati ribelli fil-partit ta’ May kitbet fuq Twitter u qalet li mil-lum, il-Parlament Ingliż ħa l-kontroll tal-proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.
Il-mexxej Laburista Ingliż Jeremy Corbyn qal li din kienet telfa umiljanti għall-awtorità ta’ May.
Għada, Theresa May mistennija tmur Brussell għall-Kunsill Ewropew li mistenni jiddiskuti wkoll l-aħħar żviluppi dwar Brexit.