Theresa May taffaċċja pressjoni qawwija kontra l-pjani tagħha dwar id-Dwana

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tiffaċċja pressjoni kontinwa dwar il-pjani tagħha għall-għaqda doganali minn membri parlamentari li huma favur il-Brexit.
Dawn il-leġiżlaturi qed jinsistu li May twaqqa' dawk li huma qed isejjħu bħala il-proposti preferuti tagħha.
Is-suġġett ta’ kif se jkunu mmaniġġjati it-tariffi tad-dwana, hekk kif ir-Renju Unit se joħroġ mill-Unjoni Ewropea, wassal għal taqbida verbali qawwija bejn kumpaniji li jipproduċu għas-suq Ewropew u dawk li jridu li l-Brexit iseħħ illum qabel għada.
May qed tagħmel ħilitha biex il-fruntiera bejn l-Irlanda ta’ fuq, jiġifieri dik Ingliża, u l-kumplament tal-Irlanda li allura qegħda fl-Unjoni Ewropeja, ikollu trattament speċjali.