Theddida ta’ bomba ħdejn l-uffiċċju ta’ Deborah Schembri

Dalgħodu suldati mit-Taqsima ta’ Kontra l-Bombi issejħu fi Triq Isouard f’San Pawl il-Baħar wara li deher pakkett suspettuż fuq l-għatba tal-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri.
Minkejja dan, irriżulta li dan kien allarm falz hekk kif il-kaxxa u l-pakkett li deher ħdejha kienu biss skart.
Deborah Schembri kienet tipprattika bħala avukat qabel ingħatat il-pożizzjoni ta’ Segretarju Parlamentari l-ġimgħa l-oħra minflok Michael Falzon.