Theddida ta’ bomba fuq vettura f’Sta Venera

Read in English.

Għal ħinijiet twal, parti minn Triq Psaila f’ Sta Venera kien magħluqa hekk kif il-pulizija kienet qed tinvestiga theddida ta’ bomba f’ karozza.

Wara li persuna mhux magħrufa ċemplet li kien hemm pakkett suspettuż ġo vettura pparkjata f’Sta Venera.

Wara li daħlet telefonata bit-thedida ta’ bomba, membri tal-Korp tal-Pulizija u membri mit-taqsima tal-isplussivi tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) marru fuq il-post. Ma nstab xejn ta’ periklu waqt it-tfittxija.