Theddida ta’ bomba fuq ajruplan Pollakk

Ajruplan li kien qed itir mill-belt kapitali tal-Polonja, il-Varsavja, għal Hurghada fl-Eġittu għamel inżul t’emerġenza fil-Bulgarija wara theddida ta’ bomba.
L-ajruplan niżel fl-ajruport ta’ Burgas wara li passiġġier fis-sittinijiet qal li hemm splużżivi abbord.
Il-161 passiġġier abbord l-ajruplan kienu evakwati sakemm saret tfittxija fuq l-ajruplan. Iktar tard kelliema għall-pulizija qalet li l-passiġġier ammetta li kien ikkonsma l-alkoħol.
Is-sigurtà fl-ajruport issaħħet wara li x-xahar li għadda ajurplan Russu ġġarraf fl-Eġittu b’bomba fejn mietu 224 persuna.