Aġġornata: Priġunerija għal żagħżugħ b’rabta ma theddida ta’ bomba

Żagħżugħ ta’ 23 sena ngħata s-sentenza ta’ sitt xhur priġunerija u mmultat €1,000 wara li ammetta li b’qerq kien qal li kien hemm theddida ta’ bomba fil-Qorti ta’ Għawdex.
Huwa kien deher fil-Qorti filgħodu u ġie ordnat li f'siegħa kellu jħallas €600 manteniment lil martu.
It-theddida li kien hemm bomba fil-Qorti saret f’dik is-siegħa li hu kellu jħallas l-ammont dovut.

Aktar kmieni
Żagħżugħ ġie arrestat mill-Pulizija b’rabta ma’ theddida ta’ bomba fil-Qorti ta’ Għawdex dalgħodu.
It-theddida saret għall-ħabta tal-11.30am. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.