Theddida ta’ bomba fil-Qorti

Saret theddida ta’ bomba fil-Qorti fil-Belt Valletta.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li daħlitilhom theddida ta’ bomba fil-Qorti għall-ħabta tad-9am. Il-Pulizija u membri tat-Taqsima tat-Tneħħija tal-Bombi qegħdin fuq il-post biex jispezzjonaw l-akkwati.