Theddida ta’ bomba fil-Belt Valletta tirriżulta fix-xejn

Dalgħodu saret theddida anonima ta’ bomba fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta. Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan ma’ Newsbook.com.mt hekk kif instemgħu numru ta’ sireni fl-inħawi. Il-Pulizija rċivew telefonata anonima li infurmathom b’din it-theddida li speċifikament saret dwar il-qorti.

Newsbook.com.mt lemaħ karozza tat-Taqsima tal-Isplussivi fil-Forzi Armati ta’ Malta sejra fuq il-post. Magħhom kien hemm il-pulizija mit-Taqsima tar-Rapid Intervention Unit, dawk tal-iskwadra tal-klieb, l-EOD, u l-pulizija tad-distrett.

Xi toroq fil-madwar ingħalqu sabiex il-pulizija jkunu jistgħu jispezzjonaw iż-żona, iżda dawn issa reġgħu nfetħu u kollox reġa’ lura għan-normal.