Aġġornata: It-theddida ta’ bomba fi Spinola kienet rapport falz

Wara li bdiet investigazzjoni mill-Pulizija b'rabta ma' theddida ta' bomba fi Spinola f'San Ġiljan, instab li ma kienx hemm periklu.
Għall-ħabta tad-9:30am il-Pulizija rċiviet informazzjoni dwar theddida ta' bomba. Kawża ta' dan, il-McDonald's ġie evakwat.
Wara ħidma miIl-Pulizija u membri tal-Forzi Armati ta' Malta tat-taqsima tal-isplussivi, kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li ma nstab l-ebda tip ta' periklu u kien jidher li r-rapport kien wieħed falz.
It-toroq tal-madwar ġew magħluqa waqt li kienet għaddejja l-ħidma tal-uffiċjali.

Ritratt: Arkivji, Google