Filmat: Allarm falz it-theddida ta’ bomba f’San Ġiljan

Illejla l-Pulizija rċeviet rapport li kien hemm theddida ta' bomba fi Spinola, f'San Ġiljan.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li ristorant partikolari ġie evakwat sabiex isiru t-tfittxijiet.
Fuq il-post marru membri mit-Taqsima tal-Isplussiv tal-Forzi Armati ta' Malta. 
Minn informazzjoni li dan is-sit kiseb minn fuq il-post irriżulta li t-tiftix irriżulta fin-negattiv.
Sorsi li tkellmu ma' Newsbook.com.mt qalu li hemm xi toroq li ngħalqu għat-traffiku.