Theddida ta’ attakk terroristiku fl-Olanda; jitħassar kunċert

Tħassar kunċert tar-rock fil-belt Olandiża ta’ Rotterdam minħabba theddida ta’ attakk terroristiku.
Wara indikazzjoni mill-Pulizija Spanjola, fil-qrib instabu vann b’numru ta’ ċilindri tal-gass.
Is-sewwieq tal-vann b’numru tar-reġistrazzjoni Spanjol ġie arrestat.
Is-Sindku tal-Belt qal li għadu mhux ċar jekk il-vann u t-theddida humiex relatati.
Il-kunċert kien se jsir mill-band Amerikana Allah-Las.  Il-pulizija evakwaw il-post fejn kien se jsir il-kunċert, ftit wara li nfetħu l-bibien għall-ħabta tas-7pm.