“Theddida reali ta’ attakk nukleari” – Obama

Il-President tal-Istati Uniti Barack Obama iddeskriva bħala “reali” t-theddida ta’ attakk nukleari minn terroristi.
Qal li d-dinja ħadet miżuri konkreti biex tilqa’ għal kriżi nukleari, iżda sostna li attakk bħal dan ibiddel id-dinja.
Waqt li kien qed jitkellem fis-Summit dwar is-Sigurtà Nukleari f’Washington, Obama semma kif l-akbar theddida għad-dinja hija li l-Istat Iżlamiku l-ISIS jakkwistaw armament nukleari.
Iktar minn 50 pajjiż kienu rappreżentati f’dan is-summit.
Mexxejja dinjija preżenti għal dan is-summit esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-programm ta’ armamenti nukleari tal-Korea ta’ Fuq, kif ukoll dwar il-fatt li r-Russja ma attendietx għal dawn il-laqgħat.