Theddida minn oġġett suspettuż fuq titjira ta’ Turkish Airlines

Oġġett suspettuż fuq ajruplan tat-Turkish Airlines wassal biex titjira mill-ajruport ta’ Mumbaj fl-Indja għal Istanbul ittardjat b’ħames sigħat.
Il-passiġġieri kienu diġà fuq l-ajruplan lesti għat-titjira, meta membri tal-ekwipaġġ lemħu mowbajl abbandunat.
Dak il-ħin evakwaw l-ajruplan sakemm ħadu l-miżuri kollha ta’ sigurtà.