Aġġornata: Theddida minn oġġett suspettuż fuq karozza tal-linja

Arkivji

Read in English.

Oġġett suspettuż fuq karozza tal-linja f’Sta Luċia wassal jissejħu l-membri tal-Korp tal-Pulizija u membri mit-taqsima tal-isplussivi tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM).

Il-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li għal ħabta tas-1.15pm, persuna rraporta li kien hemm oġġett suspettuż fuq karozza tal-linja fuq ir-rotta X2 u din twaqqfet f’ Sta Lucia fi triqtha lejn l-arjuport Internazzjonali ta’ Malta.

Madanakollu, kelliem għall-Forzi Armati ma ġiex f’pożizzjoni li jikkonferma l-aħbar.

Aktar tard, Pulizija spjegat li l-investigazzjoni rriżultat fin-negattiv hekk kif ma kien hemm xejn illegali fuq Tal-Linja. Minkejja dan, kien hemm xi persuni li ġew mitkellma mill-Pulizija b’rabta mal-każ.