Theddida għall-Gvern ta’ Merkel

REUTERS/Hannibal Hanschke

Read in English.

It-theddida ta’ kollass fil-Gvern Ġermaniż xorta għadha hemm wara tliet xhur ta’ dan il-Gvern ġdid. Dan ġara wara li t-taħditiet dwar il-kriżi tal-immigranti naqsu milli jsolvu l-battibekk bejn il-Kanċillier Angela Merkel u l-alleati Ġermaniżi tagħha.

It-tilwima hija fuq il-pjanijiet imfassla mill-Ministru ta’ l-Intern ta’ Merkel, Horst Seehofer, li hu l-kap tal-Unjoni Soċjali Kristjana Konservattiva tal-Bavarja (CSU), biex tibgħat lura migranti li rreġistraw fi stati oħra tal-UE fil-fruntiera Ġermaniża.

Din hija xi ħaġa ġdida għal Merkel, li normalment tkun flessibbli, peress li din l-instabbilita ser iddgħajjef il-politika miftuħa tagħha u jkun daqqa kbira għas-sistema tal-fruntiera ħielsa taż-żona Schengen.