Theddida fuq il-libertà tal-espressjoni – Macron

Read in English.

Il-President Franċiż Emmanuel Macron sejjaħ il-qtugħ tar-ras ta’ għalliem fil-Majjistral ta’ Pariġi bħala attakk terrorist iżlamiku.

Jidher l-vittima wera’ lill-istudenti tiegħu karikaturi kontroversjali ta’ Muhammad. L-aggressur inqatel b’tir sparat mill-Pulizija.

Macron qal li l-qtil ta’ dan l-għalliem hu seħħ minħabba li hu kien jgħallem il-libertà tal-espressjoni. Fuq ix-xena tad-delitt, Macron qal “mhumiex se jirbħu…aħna se naġixxu.”

L-attakk seħħ fl-inħawi ta’ Conflans-Sainte-Honorine, viċin skola.

Il-pulizija sabet il-vittma mejjet fl-art u ftit wara lemħu lis-suspettat fl-inħawi ta’ Eragny, xi 200 metru ‘il bogħod mis-sit tal-inċident. Huma kienu kostretti li jisparaw fuq ir-raġel meta dan beda jheddidhom b’sikkina.