Suspett ta’ bomba mad-dar ta’ Jeffrey Pullicino Orlando

Bagalji li tpoġġew quddiem id-dar taċ-Ċermen tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) Jeffrey Pullicino Orlando qajmu suspett li tpoġġiet bomba mad-dar.
Id-dar tinsab fi Triq ta' Xindi f'Ħaż-Żebbuġ.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am u uffiċjali tal-Explosive Ordnance Disposal tal-Forzi Armati ta' Malta marru fuq il-post biex issir tfittxija.
Jidher li kollox irriżulta fin-negattiv.