Aġġornata: “Bomba f’Ħal Balzan”; tirriżulta fin-negattiv

Ħidma mill-membri tat-taqsima tal-isplussivi tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) f’Ħal Balzan irriżultat fin-negattiv. Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta (AFM).

Għall-ħabta tas-6.05pm daħal rapport li possibilment kien hemm bomba Triq San Valentin.

Meta mistoqsi għal aktar dettalji dwar il-każ, il-kelliem għall-AFM spjega li ma setax jagħti aktar dettalji.