Theddida Bomba: evakwazzjoni ta’ ġnien u librerija f’Manchester

Il-Pulizija f’Manchester għalqu park fiċ-ċentru tal-belt filwaqt li evakwaw librerija wara li nstabu żewġ pakketti suspettużi.

Skont il-BBC, stazzjon tat-trasport pubbliku ngħalaq filwaqt li l-vjaġġi bit-tramm ġew sospiżi waqt li uffiċjali qed jinvestigaw basket li nstab fil-ġonna ta’ Piccadilly.

Intant, raġel ta’ 26 sena ġie arrestat skont il-Pulizija ta’ Manchester.

Il-librerija Oldham, li tinsab tmien mili ‘l bogħod, ġiet evakwata wkoll wara rapport li nstab xi apparat suspettuż.

F’ritratt onlajn, uffiċjali dehru jeżaminaw basket fil-ġnien illum waranofshinar. Kien hemm preżenti pulizija armati u klieb. Intant, skont il-BBC, il-Pulizija qalu li esperti tal-bombi u pumpiera ġew imsejħa sabiex jinvestigaw. Ritratti oħrajn urew parti kbira mill-park u t-toroq tal-madwar magħluqa mill-Pulizija. Xi binjiet jidher li ġew evakwati.

X’qed jgħidu fuq il-midja soċjali?