Theddida abbord ajruplan tar-Ryanair; eskortat mir-RAF

Jets tar-Royal Air Force (RAF) kienu msejħa biex jeskortaw ajruplan tar-Ryanair għall-ajruport ta’ Stansted f’Londra wara li l-awtoritajiet Litwani rċevew theddida.
Il-linja tal-ajru kkonfermat li titjira tagħha li telqet minn Kaunas fil-Litwanja għal Luton f’Londra, kellha titniżżel qabel minħabba allert tas-sigurtà.
L-ajruplan tniżżel fl-ajruport ta’ Stansted għall-ħabta tad-8.55am u l-passiġġiera tniżżlu mingħajr ħadd ma weġġa’.
 

Għal xi ħin twaqqfu t-titjiriet kollha minn u lejn l-ajruport bħala prekawzzjoni.
Għalkemm  fuq l-ajruplan għadha għaddejja t-tfittxija, jidher li t-theddida kienet allarm falz.