Aġġornata: Il-Qorti wara li ħebbet għall-pulizija li qabditha tpejjep f’bar

Mara ta' 38 sena tressqet il-Qorti wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu ħebbet u weġġgħet pulizija mara f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ ftit qabel is-1am fi Triq San Ġorġ, meta l-pulizija kienet qed tkellem lill-mara, li allegatament inqabdet tpejjep f'bar.
Il-mara, li hi Ġermaniża, offriet reżistenza għall-arrest bil-konsegwenza li weġġgħetha. L-uffiċjal tal-Korp ittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief.
Fil-Qorti, il-mara ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha u ngħatat sentenza ta' sitt xhur priġunerija sospiżi għal sentejn. Ġiet ordnata tħallas multa ta' €4,000. 
Barra minn hekk, għall-ħabta ta’ nofsinhar kellhom jitressqu l-Qorti wkoll żewġ persuni oħra fuq każijiet separati b’rabta ma’ serq u ksur ta’ ordni ta’ protezzjoni. 
Ritratt: Arkivji