Thea Shoemake tirbaħ is-600m fir-Repubblika Ċeka

FB: Starmax

L-atleta ta’ Starmax Thea Shoemake irnexxielha tirbaħ il-finali tas-600m tal-età tagħha. Thea li għandha 11-il sena qed tikkompeti fil-logħob tal-atletika għat-tfal Ewropej. Il-kompetizzjoni ttellgħat fir-Repubblika Ċeka.

Hi kkompetiet ukoll fis-60m, fil-long jump, u fil-high jump. Aktar kmieni fil-kompetizzjoni Thea kif ukoll oħtha Bianca rnexxielhom jiġu fit-tieni u t-tielet post rispettivament fil-ġirja tas-60m. B’kollox, mill-klabb ta’ Starmax marru jikkompetu tmien atleti. Dawn kienu: Greg Scerri, Clyde Grech, Nordin Ejjebli, Nicole Farrugia, Chloe Grixti, Binaca Shoemake u Thea Shoemake.