The Undertaker jirtira mill-Wrestling wara telfa kontra Roman Reigns

Mark William Calaway, magħruf bħala The Undertaker irtira mix-xena tal-Wrestling.
The Undertaker temm il-ħajja sportiva tiegħu bit-tieni telfa fil-karriera tiegħu matul l-avveniment ta' WrestleMania, kontra Roman Reigns.
Huwa kienu ilu 33 sena sħaħ fix-xena tal-World Wrestling Entertainment (WWE).
Mill-ewwel debut tiegħu, mill-1984 The Undertaker rebaħ 23 logħba f’WrestleMania. Huwa tilef biss kontra Brock Lesnar f’WrestleMania XXX fl-2014 u f’WrestleMania 33 kontra Roman Reigns.
Minkejja li The Undertaker ta chokeslam u tombstone lil Reigns, Reigns irnexxilu jagħti tliet spears u żewġ superman punches biex għalaq il-logħba favurih.
Wara t-telfa The Undertaker neża l-ingwanti, il-kowt u l-kappell u daħħal il-ġewwa f’atmosfera ta' dieqa.
Huwa kiser in-norma tal-karattru tiegħu b’tgħanniqa lil martu.
Minkejja dan WrestleMania tal-bieraħ ġabet aħbar sabiħa għall-fans ta’ WWE. John Cena u Nikki Bella ħadu l-għerusija wara li pproponilha lbieraħ stess wara r-rebħa kontra The Miz & Maryse.