The Travellers idoqqu fit-Tuneżija

Il-grupp mużikali The Travellers bħalissa qiegħed it-Tuneżija, fejn għandu jdoqq lajv, u għall-ewwel darba, qed isemma’ l-mużika tiegħu fuq stazzjonijiet tar-radju Tuneżin ukoll.

Iż-żgħażagħ Għawdxin jidhru ħerqana dwar dan is-suċċess li qed jagħmlu barra minn Malta, għaliex dan hu xhieda li l-mużika bil-Malti mhix limitata għal Malta biss.

Huma skoprew li għandhom ammiratur tagħhom Tuneżin ilbieraħ, kif jidher mir-ritratt li xerrdu fuq Facebook.

Who knew we had fans in Tunisia? 🇹🇳 Super excited to be performing at a club in Tunis later on this week 😉 #tunis #thetravellersmalta #liveintunis

Posted by The Travellers on Monday, September 3, 2018

Dan il-vjaġġ tal-grupp seta’ jkun possibbli permezz tal-Cultural Diplomacy Fund, tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Ambaxxatur Mark Pace u Gabriel Camenzuli mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Tunis.